Il-Vitorja tfisser ukoll li Alla ma jabbandunana qatt

Il-Ħadd, 8 ta’ Settembru 2019: Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Kappella tat-Twelid tal-Verġni Marija fil-Forti Sant’Anġlu, il-Birgu, fil-festa solennita’ tat-Twelid tal-Verġni Marija. Continue reading Il-Vitorja tfisser ukoll li Alla ma jabbandunana qatt

Messaġġ tal-Isqof Mario Grech lil grupp ta’ żgħażagħ li se jmorru Gwatemala

Il-Ħadd, 8 ta’ Settembru 2019: Il-Messaġġ li ta l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, waqt il-Pontifikal fis-Solennità tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija, fil-Bażilika tagħha, ix-Xagħra, fejn ta l-mandat lil grupp ta’ żgħażagħ mill-komunità ta’ Ġesù Nazzarenu li se jitilqu għal esperjenza missjunarja fil-Gwatemala: Continue reading Messaġġ tal-Isqof Mario Grech lil grupp ta’ żgħażagħ li se jmorru Gwatemala

Lectio Divina tal-24 Ħadd matul is-Sena “Ċ”

Vanġelu (Lq 15, 1-3, 11-32): Illum għandna waħda mill-isbaħ parabboli ta’ Ġesu. Ma qalhiex lill-midinbin imma lill-Fariżej u kittieba li bdew igemgmu li “nies midinba jilqa’ għandu dan.” Dawn il-“ġusti” kienu barra jittawlu ġewwa fejn Ġesu kien qed jiekol mal-midinbin. Igemgmu, i.e. ma jaqblux u jipprotestaw. Allura Ġesu ħareġ barra għax kellhom aktar bżonn jikkonvertu minn dawk li kienu ġewwa.  Bħal meta Alla sabha iktar diffiċli jikkonverti lil Ġona milli n-nies ta’ Ninwe. Continue reading Lectio Divina tal-24 Ħadd matul is-Sena “Ċ”

Kważi bħall-Boeing!

Għada, it-Tnejn, is-26 t’Awwissu 2019, bil-grazzja tal-Mulej, nagħlaq 47 sena ta’ ħajja. Xi grazzja hux! Kemm hawn min din l-età għadu ma laħaqiex! Biex niċċajta inħobb ngħid lin-nies li l-Mulej ipprovdhieli f’ħajti, bil-għan li jissapporjtawni u jimxu miegħi l-mixja tas-sejħa tiegħi: Ara ftit! Issa sirt kważi boeing 747! Continue reading Kważi bħall-Boeing!

Fil-Madagascar, il-Papa jiltaqa’ ma’ ex-Student tiegħu.

Inkomplu nitkellmu dwar iż-żjara tal-Papa Franġisku fil-Madagascar fejn il-bieraħ kellu jum ieħor mimli impenji. Fil-fatt il-Papa qatta’ l-jum tal-Ħadd fil-kapitali Antananarivo fejn iċċelebra quddiesa għal madwar miljun ruħ f’medda art fil-miftuħ u fakkar lil dawn il-fidili kollha li l-mixja wara Ġesù hija impenn. Continue reading Fil-Madagascar, il-Papa jiltaqa’ ma’ ex-Student tiegħu.

Il-Madonna “della Guardia”

Qrib il-belt ta’ Ġenova, fl-Italja, f’medda ta’ territorju li jagħti għall-baħar, jidher mill-bogħod fuq il-quċċata tal-Muntanja Figogna s-santuarju ċelebri ta’ ‘La Nostra Signora della Guardia’. Il-Ġenoviżi għażlu dan it-titlu tal-Madonna bħala l-patruna mhux biss għall-muntanja Figogna imma wkoll għan-naħat l-oħra tar-reġjun tal-Ligurja, li Ġenova hi parti minnu. Continue reading Il-Madonna “della Guardia”

Id-Doċilità ta’ San Ġorġ Preca

Kwalita’ determinanti fil-ħajja ta’ San Ġorġ Preca u fit-twaqqif tas-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. kienet id-doċilità li, kif ġraw l-affarijiet, mingħajrha San Ġorġ Preca seta’ qabad linja oħra fis-sejħa tiegħu, jew inkella s-Soċjetà ma kienx ikollha bidu tajjeb, bidu mistrieħ fuq il-volontà ta’ Alla. Aħna nżommu li s-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. hi opra ta’ Alla, għax il-Fundatur tagħha ma fittixx li tgħaddi tiegħu, imma li ssir il-volontà ta’ Alla, ukoll jekk San Ġorġ Preca kellu jmur kontra l-proġett li emmen fih. Dun Ġorġ dejjem qagħad għall-ispirazzjonijiet tal-Mulej. Continue reading Id-Doċilità ta’ San Ġorġ Preca