Id-Doċilità ta’ San Ġorġ Preca

Kwalita’ determinanti fil-ħajja ta’ San Ġorġ Preca u fit-twaqqif tas-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. kienet id-doċilità li, kif ġraw l-affarijiet, mingħajrha San Ġorġ Preca seta’ qabad linja oħra fis-sejħa tiegħu, jew inkella s-Soċjetà ma kienx ikollha bidu tajjeb, bidu mistrieħ fuq il-volontà ta’ Alla. Aħna nżommu li s-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. hi opra ta’ Alla, għax il-Fundatur tagħha ma fittixx li tgħaddi tiegħu, imma li ssir il-volontà ta’ Alla, ukoll jekk San Ġorġ Preca kellu jmur kontra l-proġett li emmen fih. Dun Ġorġ dejjem qagħad għall-ispirazzjonijiet tal-Mulej. Continue reading “Id-Doċilità ta’ San Ġorġ Preca”