800 sena mil-laqgħa ta’ San Franġisk mas-Sultan Al-Malik

IT-800 SENA MIL-LAQGĦA TA’ SAN FRANĠISK T’ASSISI MAS-SULTAN AL-MALIK-AL-KAMIL FL-EĠITTU – 1219 – SETTEMBRU – 2019

Kitba ta’ Fr. Philip Cutajar OFMCap

Dan huwa ċentinarju li jolqot l-aktar lilna l-Franġiskani għalkemm fih messaġġ għall-Knisja kollha, għal kull wieħed u waħda minna. Kif jgħidilna Tomaso minn Celano (I Cel XX, 57) fl-Ewwel Ħajja  li jagħtina dwar San Franġisk, kien proprju fit-13-il-sena mill-konverżjoni tiegħu li l-qaddis t’Assisi wettaq dan il-ġest ta’ mħabba universali mibni fuq id-djalogu ma’ min għandu twemmin differenti bil-għan li jkun tassew strument ta’ paċi. Dan seħħ eżattament meta il-Fqajjar t’Assisi mar fil-kamp tal-Kruċjati f’Damietta, l-Eġittu, u ltaqa’ wkoll mas-Sultan al-Malik-al-Kamil f’Awissu-Settembru tas-sena 1219. Nafu li ma’ San Franġisk kien hemm Fra Illuminato kif jgħidilna San Bonaventura fil-Legenda Maior, IX,8. Continue reading “800 sena mil-laqgħa ta’ San Franġisk mas-Sultan Al-Malik”