L-Isqof Mario Grech f’Quddiesa Ta’ Pinu għal mijiet ta’ sewwieqa tal-muturi

Il-Ħadd, 15 ta’ Settembru 2019: Omelija tal-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech waqt Quddiesa li mexxa fuq iz-Zuntier tas-Santwarju Ta’ Pinu għal mijiet ta’ sewwieqa tal-muturi li, permezz tal-organizzazzjoni “Bikers for Charity”, għamlu Pellegrinaġġ li fih inġabru flus għall-Fondazzjoni Puttinu Cares, fejn ġiet imfakkra l-memorja ta’ sewwieqa tal-muturi li tilfu ħajjithom traġikament.

Continue reading L-Isqof Mario Grech f’Quddiesa Ta’ Pinu għal mijiet ta’ sewwieqa tal-muturi

L-Għolja tal-Arkanġlu

Kmieni filgħodu, il-qanpiena tħabbar il-ħin tal-laudi, li jsir fil-kripta żgħira ta’ ‘Notre- Dame-des-Trente-Cierges (Sidtna tat-Tletin Xemgħa)’, fl-abbazija Benedittina ta’ Mont Saint-Michel. Il-kant f’erba’ ilħna, minn ħamest irġiel u seba’ nisa lkoll lebsin l-abjad, jidwi fl-arkati tal-kripta. L-irġiel naħa, u n-nisa naħa oħra, għax hekk titlob ir-regola tal-Konfraternita’ Monastika ta’ Ġerusalem, li jgħixu fl-Abbazija. Continue reading L-Għolja tal-Arkanġlu

Bidla fit-tmexxija tas-santwarju ta’ Lourdes

Il-Papa Franġisku ħatar lil Mons. Olivier Ribadeau Dumas biex ikun inkarigat mid-djoċesi ta’ Tarbes u Lourdes, fi Franza. B’din il-bidla tneħħiet ir-responsabbiltà fuq is-santwarju ta’ Lourdes, li qabel kienet taqa’ taħt l-Isqof tad-djoċesi, Mons. Nicolas Brouwet. Il-Papa ried li tingħata importanza aktar lill-aspett spiritwali tas-santwarju u tal-madwar, milli dak amministrattiv u finanzjarju.

https://www.thetablet.co.uk/news/12044/new-lourdes-rector-appointed-amid-reshuffling-of-shrine-management

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea