Programm tal-Festa ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù f’Kerċem


Programm tal-Festa ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù fil-Kappella tas-Sorijiet Karmelitani Ta’ Kerċem – Għawdex bejn il-Ħadd, 22 ta’ Settembru – Tlieta, 1 ta’ Ottubru 2019.

Capture2

Il-Ħadd 22 ta’ Settembru:
Bidu tan-Novena
Fis-7.00am: Quddiesa bit-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum integrat, Litanija ta’ Santa Tereżina u Barka Ewkaristika. Matul il-jiem tan-Novena u tal-festa l-funzjoni prinċipali tintemm bil-kant talb innu popolari “Ċkejkna Santa Tereżina”.

It-Tnejn 23 ta’ Settembru:
Jum il-Benefatturi Ħajjin u Mejtin
Fis-6.45am: Quddiesa u talb għall-benefatturi ħajjin u mejtin tal-Kunvent. Wara Litanija ta’ Santa Tereżina u Barka Ewkaristika.

It-Tlieta 24 ta’ Settembru:
Jum l-Għalliema
Fis-6.45am: Quddiesa bil-kant, Litanija ta’ Santa Tereżina u Barka Sagramentali.
Fl-10.00am: Mons. Isqof Mario Grech imexxi laqgħa ta’ formazzjoni għall-istaff tal-Iskola Santa Tereża dwar l-Eżortazzjoni Apostolika “Christus Vivit”.

L-Erbgħa 25 ta’ Settembru:
Inawgurazzjoni tas-Sena Skolastika
Fis-6.45am: Quddiesa bil-kant, Litanija ta’ Santa Tereżina u Barka Ewkaristika.
Fit-8.10am: Talba ta’ filgħodu u diskors indirizzat lill-istudenti u lill-għalliema mill-Kap tal-Iskola Sr Lucy Vella. Wara jsir it-Tberik Ritwali tat-tfal u kelmtejn mid-Direttur Spiritwali Mons. Carmelo Borg fl-okkazjoni tal-bidu tas-sena skolastika 2019- 20.

Il-Ħamis 26 ta’ Settembru: Jum il-Vokazzjonijiet
Fis-6.45am: Quddiesa bil-kant, Talba għall-Vokazzjonijiet u Barka Sagramentali.
Fil-11.00am: Laqgħa Vokazzjonali għat-tfal tal-Yr 6 minn Sr Jane Schembri.

Il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru: Jum il-Missjonijiet
Fis-6.45am: Kollox bhall-jum ta’ qabel. Tingħad talba għall-missjonijiet.
Issir attività missjunarja fl-Iskola Santa Tereża.

Is-Sibt 28 ta’ Settembru:
Jum il-Morda u l-Anzjani Fis-7.00am: Quddiesa li fiha jsir it-Tberik tal-Ward ta’ Santa Tereżina li jitqassam lill-morda u l-anzjani. Wara, Litanija ta’ Santa Tereżina u Barka Sagramentali.

Il-Ħadd 29 ta’ Settembru:
Jum Is-Sorijiet Karmelitani Fis-7.00am: Quddiesa bl-omelija bit-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum integrat u talb għas-Sorijiet Karmelitani mejtin. Wara Litanija ta’ Santa Tereżina u Barka Sagramentali.

It-Tnejn 30 ta’ Settembru:
Lejliet il-Festa. Jum it-Tfal Fis-6.45am: Quddiesa bil-kant. Fl-10.30am: Preżentazzjoni tat-tfal ċkejknin (Yr 1 Kinder) lil Santa Tereżina . Imexxi din iċ-ċelebrazzjoni Dun Franklin Vella Fil-6.30pm: Espozizzjoni solenni tal-Ewkaristija. Kant tas-Salmi tal-Ghasar, Litanija ta’ Santa Tereżina u Barka Sagramentali. Il-funzjoni titmexxa minn Mons. Carmelo Borg, Kappillan tas-Sorijiet.

It-Tlieta l-1 ta’ Ottubru:
Jum il-Festa u Jum it-Terzjarji Fis-6.45am: Uffiċċju tal-Qari u Kant tat-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum Fil-8.45am: Fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kerċem, Mons. Isqof Mario Grech imexxi quddiesa bl-omelija għat-tfal tal-Iskola Santa Tereża fil-bidu tas-sena skolastika.
Fil-5.30pm: Rużarju u Talb tat Terzjarji li jitmexxa minn P. Alex Scerri O.Carm, Direttur tat-Terzjarji.
Fis-6.00pm: Quddiesa Kantata li titmexxa minn Mons. Franġisk Sultana bl-omelija dwar Santa Tereża tal-Bambin Ġesu` Duttur tal-Knisja u Patruna tal-Missjonijiet. Wara, Innu, Antifona, u Barka Ewkaristika.
Dawk kollha li jattendu ghall-Festa, wara jkunu mistiedna għall-bibita` għand is-Sorijiet.
• Il-kant matul in-Novena jitmexxa mis-Sorijiet Karmelitani, waqt li nhar il-Festa jitmexxa mill-Kor “Stella Maris” taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Carmel P. Grech.
• F’Jum il-Festa, il-Kappella tkun miftuħa l-ġurnata kollha.

Ara programm PDF: Programm Santa Tereza 2019