Programm ta’ Formazzjoni għall-Adulti fl-Iklin


Għat-tieni sena il-Parroċċa Familja Mqaddsa ġewwa l-Iklin ħejjiet, ippublikat u qassmet fost il-parruċċani il-Programm ta’ Formazzjoni għall-Adulti għas-sena pastorali 2019-2020.

CaptureDan Il-Programm kompla jiġi żviluppat biex ikollu aktar firxa wiesgħa ta’ attivitajiet u jilħaq aktar nies. It-tema li ġiet magħżula din is-sena hija “Komunita li Titlob”, għal din ir-raġuni il-programm kollu li ġie mħejji idur ma din it-tema tat-talb li huwa il-pulmun tal-fidi nisranija u l-mod ewlieni tal-komunikazzjoni tal-persuna m’Alla. Bħal dejjem il-kelliema li ġew magħżula huma persuni li jafu tajjeb is-suġġett tagħhom u jistgħu jagħtu l-aqwa li dawk li jattendu.

Il-Programm ser ikun fih żewġ korsijiet qosra dwar it-talb; l-ewwel wieħed mill-perspettiva Injazjana u ieħor b’pariri u ideat prattiċi għal effikaċja fil-ħajja ta-talb. Fuq l-istess tema tat-talb ser ikun hemm ukoll żewġ irtiri, wieħed fl-Avvent bi tħejija għal Milied u l-ieħor fir-Randan li ser ikun irtir differenti minn kif nafuh fl-għamla tradizzjoniali għax ser ikun irtir bil-mixi fil-kampanja.

Dan il-programm jinkludi ukoll l-eżerċizzi li l-parroċċa torganizza kull sena fir-Randan, ma dan insibu nklużi wkoll l-attivitajiet marbuta mal-festi tal-Għid, li huma il-Via Matris fil-ġimgħa tad-Duluri u kors qasir fil-ġimgħa mqaddsa b’rifflessjonjiet Bibliċi, Liturġiċi u Spiritwali dwar it-tlitt ijiem imqaddsa tal-Għid u s-simboli li jakkumpanjawhom. Elementi oħra nklużi f’dan il-programm huma is-seminars għall-ġenituri tat-tfal tal-katekiżmu tal-parroċċa u l-Lectio Divina.

Ara l-programm dettaljat minn hawn …