Il-Futur tal-Knisja

Il-ġrajjiet li minnhom għaddejja l-Knisja Nisranija qed inisslu dubji fost ħafna li l-Knisja hi miexja lejn żminijiet li fihom se tispiċċa fix-xejn, jew li għalkemm tibqa’ teżisti, se titlef l-iskop tagħha. Jibqgħu is-simboli, il-knejjes sbieħ, it-tifkiriet tal-imgħoddi, imma mingħajr ruħ. Il-biżgħa dwar il-futur tal-Knisja ħa l-post tas-sigurtà li kellhom dawk ta’ żminijiet oħra; sigurtà mibnija fuq kliem Kristu li l-Knisja se tibqa’ sal-aħħar taż-żminijiet. Continue reading Il-Futur tal-Knisja

Il-Knisja tibqa’, minkejja d-dnub u l-iskandli.

Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Settembru l-Papa Franġisku għamel kuraġġ lil dawk li qed jitħassbu dwar il-futur tal-Knisja. Il-Papa qal li fi żmien ta’ diffikultà, il-Knisja tibqa’ msaħħa mill-Ispirtu s-Santu. Hekk uriet l-istorja tal-Knisja fl-elfejn sena li matulhom kienet imħabbta b’tant skandli u bi ġrajjiet xejn sbieħ. Qal ukoll li l-Knisja ma tfarrkitx għaliex Alla, li hu mal-Knisja, hu Alla li jsalva.

Ara d-diskors tal-Papa Franġisku fl-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa 18 ta’ Settembru 2019 …

Rapport minn Joe Galea

‘Parrhesia’ and Proclamation

In today’s culture, we stress political correctness: caution not to offend the listeners or readers. This attitude may also affect the way the word of God is communicated. It may happen that, in passing on our faith to others or in proclaiming the Gospel ‘Good News’, prudence takes over simply to avoid the impression of imposing one’s faith or moral tenets on others. Continue reading ‘Parrhesia’ and Proclamation

Il-Papa f’Santa Marta: Il-ministeru hu rigal, mhux impjieg jew kuntratt tax-xogħol

Il-Ħamis, 19 ta’ Settembru 2019: Fl-omelija fil-kappella tad-Dar Santa Marta, illum, il-Ħamis 19 ta’ Settembru 2019, il-Papa qal li meta r-rigal li nkunu rċevejna niddominawh u nagħmluh tagħna, inkunu qed nibdluh f’impjieg, ikun liema ministeru jkun, kemm dak episkopali u wkoll presbiterjali.
Continue reading Il-Papa f’Santa Marta: Il-ministeru hu rigal, mhux impjieg jew kuntratt tax-xogħol