Sabu il-veru sit tal-belt bibblika ta’ Għemmaws?

Print Friendly, PDF & Email

Arkeoloġi f’Iżrael qed jisħqu li sabu il-veru sit tal-belt bibblika ta’ Għemmaws, fejn Ġesu mar mad-dixxpli wara t-tislib u l-qawmien.

Il-fdalijiet tal-fortifikazzjoni ta’ 2,200 sena ilu f’Kiriath-Jearim, għolja ftit il-barra minn Abu Ghosh, raħal ħdejn Ġerusalemm instabu minn riċerkaturi.

Professur mill-Universita’ ta’ Tel Aviv, li mexxa dan il-proġett arkeologu flimkien ma’ Thomas Romer u Christophe Nicolle tal-College di France, qal li din il-għolja u belt għandha tkun meqjusa bħala Għemmaws.

emmaus.jpgGħall-Kristjani, Għemmaws hija importanti hekk kif Kristu deher lil tnejn mid-dixxipli fit-triq lejn dan il-belt.

Madankollu, Benjamin Isaac, professer emeritus tal-istorja antika mill-Universita’ ta’ Tel Aviv, wissa li jista’ jkun hemm żewġ siti oħra li jistgħu jitqiesu bħala Għemmaws.

L-arkeoloġisti jemmnu li sabu s-swar mibnija madwar Għemmaws. L-importanza ta’ dan is-sit, ġej mill-qagħda dominanti tiegħu fuq Ġerusalemm, li nħass minn żmien għall-ieħor u l-fdalijiet tal-perjodu Grieg u Ruman jitfgħu dawl ġdid fuq il-kwistjoni tas-sit ta’ Emmaws fit-Testment il-Ġdid.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

 

%d bloggers like this: