Mary’s joyous birthday

On Sunday 8 September we celebrated the Solemnity of the Nativity of the Blessed Virgin Mary.

As I listened attentively to the liturgical readings being read at Church, while celebrating the 7 am Mass at Mater Dei Chapel, I was really touched by the word joy. Yes indeed! The birth of the Virgin Mary brought about joy throughout the entire world. It is as if the whole creation was waiting for the coming of the Mother of God amongst us! As Psalm 13 joyfully proclaims: Though I trusted in your mercy, let my heart rejoice in your salvation. Let me sing of the Lord, “He has been good to me.” Continue reading Mary’s joyous birthday

Abazija magħluqa minħabba esperimenti llegali fuq 350 pazjent

Nhar il-Ħamis 19 ta’ Settembru, klinika fl-abbazija żgħira bl-isem tas-‘Salib Imqaddes’ fi Vienna ingħalqet mill-awtoritajiet u se jittieħdu passi kontriha wara esperimenti li saru fiha fuq 350 pazjenti li jbatu bil-kundizzjoni Alzheimer u Parkinson. Il-prodotti li ntużaw ġew ċertifikati bħala żball kbir u serju. Il-pazjenti li ġew affettwati qed jiġu kkurati wara t-testijiet li saru fuqhom.

https://www.en24.news/fr/2019/09/video-a-wild-clinical-trial-of-350-alzheimers-and-parkinsons-patients-discovered-in-an-abbey.html

Rapport minn Joe Galea

Persekuzzjoni kontra l-Insara fl-Eritrea

Qed tikber il-mibegħda  lejn il-Knejjes Insara mill-awtoritajiet fl-Eritrea hekk kif l-istat qed jaħtaf l-iskejjel, il-kliniċi, is-seminarji u l-kunventi. Dan qed jillimita l-ħidma ta’ servizzi soċjali u tal-edukazzjoni u qed ifixkel il-missjoni tal-Knisja. Il-Knisja Kattolika tagħmel 5% tal-popolazzjoni ta’ 6 miljun li hemm fl-Eritrea. Mijiet ta’ eluf ħarbu mill-pajjiż f’dawn l-aħħar snin, ħafna minnhom fi vjaġġi perikolużi lejn l-Ewropa mid-deżert u l-baħar Mediterran.

https://cruxnow.com/church-in-africa/2019/09/19/eritrean-bishops-protest-government-seizure-of-catholic-schools/

Rapport minn Joe Galea

Statwa tal-Madonna lura fl-Arġentina wara 37 sena mill-gwerra tal-Falklands

L-istatwa tal-Madonna ta’ Luján, li 37 sena ilu kienet fil-kappella tas-suldati Arġentini fil-gwerra tal-Gżejjer Falklands se tittieħed lura f’ġest ta’ rikonċiljazzjoni wara li tkun imbierka mill-Papa Franġisku. Fil-preżent ix-xbieha hi miżmuma fil-Katidral Militari ta’ San Mikiel u San Ġorġ f’Aldershot, l-Ingilterra. Fil-gwerra tal-Falklands kienu mietu 649 suldat Argentin u 255 suldat Ingliż.

https://cruxnow.com/church-in-uk-and-ireland/2019/09/19/uk-military-bishop-to-return-statue-to-argentina-37-years-after-falklands-war/

Rapport minn Joe Galea

Proġetti mill-‘Aid to the Church in Need’

Sa mill-2011, l-‘Aid to the Church in Need’ (L-Għajnuna lill-Knisja fil-Bżonn) iffinanzjat 850 projetti li bihom għenet 127,000 familja fis-Syria. 46,000 tfal, żgħażagħ u student bbenefikaw ukoll mill-ACN. It-tieni parti tal-proġett tal-ACN mill-Knisja Kattolika u Ortodossa fis-Sirj,a beda nhar il-Ħadd 15 ta’ Settembru, għall-familji li l-għeżież tagħhom ġew maħtufa jew maqtula matul it-8 snin ta’ konflitt fis-Sirja. Dakinhar il-Papa Franġisku bierek ikona tal-Madonna fil-knisja ta’ Santa Marta, fil-Vatikan, u bierek 6000 kuruna tar-Rużarju biex jitqassmu f’parroċċi fl-34 djoċesi tas-Sirja.

https://www.acnmalta.org/2019/09/19/acn-assists-127000-families-in-syrian-conflict/

Rapport minn Joe Galea