Lectio Divina tas-26 Ħadd matul is-Sena “Ċ”

Vanġelu (Lq 16, 19-31):  Il-parabbola tas-sinjurun (Epuluni) u l-fqir hija magħrufa ħafna. Nafu li llum, 99%  tal-ġid tad-dinja qiegħed f’idejn 1% tal-popolazzjoni.  B’hekk miljuni ta’ nies jgħixu f’faqar estrem u jmutu żgħar, waqt li s-sinjuruni jagħmlu kapriċċi esaġerati bla rażan biex jaqtgħu l-iżgħar xewqa tagħhom. Imma dan parti mill-pjan t’Alla? Għal xi żmien, il-Knisja kienet taċċetta li “fis-soċjeta’ umana, skont l-ordni stabbilit minn Alla, ikun hemm prinċpijiet u sudditi, sidien u ħaddiema, sinjuri u fqar….b’obbligu tas-sinjuri li jgħinu lill-fqar” (Papa Ljun X111: Quod Apostolici Muneri). Continue reading Lectio Divina tas-26 Ħadd matul is-Sena “Ċ”

Rikonoxximent għall-Knisja fl-Indoneżja

Fost it-13-il Kardinali ġodda li għażel dan l-aħħar il-Papa Benedittu hemm l-Arċisqof Indoneżjan Ignatius Suharyo Hardjoatmodjo. Din l-għażla hi sinjal ta’ apprezzament speċjali għall-komunità Kattolika tal-Indoneżja, li hi minorità mxerrda f’37 djoċesi f’iktar minn 17,000 gżira. Hi tassew ‘merħla żgħira’ għax tgħodd 3 fil-mija tal-popolazzjoni tal-Indoneżja li hi 264 miljun. Imma hi Knisja attiva u dinamika.

https://www.ncronline.org/news/people/new-indonesian-cardinal-appointment-recognizes-countrys-catholic-minority

Rapport minn Joe Galea

Ngħaddu x-xhieda ta’ Ġesù lil uliedna u lil ulied uliedna

Il-Ħadd, 22 ta’ Settembru 2019: Quddiesa, tberik ta’ artal ġdid u preżentazzjoni tat-trabi fil-festa tal-Madonna tal-Mellieħa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Bitħa tas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, il-Mellieħa. Continue reading Ngħaddu x-xhieda ta’ Ġesù lil uliedna u lil ulied uliedna