Ittra tal-Isqof Mario Grech lill-Edukaturi

It-Tnejn, 23 ta’ Settembru 2019: Is-Sena Skolastika 2019-2020 f’Għawdex fetħet illum b’quddiesa fir-Rotunda parrokkjali ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija, fejn, fuq xewqa tal-Isqof Mario Grech, l-edukaturi kollha li jaħdmu fil-Knejjes kemm tal-Istat u kemm tal-Knisja f’Għawdex ingħaqdu b’dan il-mod fl-ewwel ġurnata tat-tagħlim tat-tfal. Continue reading Ittra tal-Isqof Mario Grech lill-Edukaturi

Imħabba vera u rispett sinċier lejn il-Ħolqien

It-Tnejn, 23 ta’ Settembru 2019: Sommarju tal-istqarrija mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA).

Fl‑okkażjoni tax‑Xahar tal‑Ħolqien, il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tefgħet l‑lenti tagħha fuq xi eżempji ta’ greenwashing li rat iseħħu f’pajjiżna matul is‑16‑il sena li ilha mwaqqfa. Greenwashing isir meta xi ħadd bi kliemu jagħti l‑impressjoni li qed iħares l‑ambjent, meta fil‑verità jkun qed jagħmel xort’oħra. Continue reading Imħabba vera u rispett sinċier lejn il-Ħolqien

Niċċelebraw il-Ħajja tat-trabi li mietu fil-Ġuf

Niċċelebraw il-Ħajja tat-trabi li-mietu fil-Ġuf l-Erbgħa 2 ta’ Ottubru 2019, b’quddiesa ċċelebrata mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Isqof Mario Grech fis- Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fis-18:30. Kullħadd hu mistieden speċjalment dawk li tilfu tarbija u il-familjari tagħhom. Dawk l-ommijiet u familjari li ser jattendu jċemplu/jibagħtu sms fuq 79386233. Din l-attivita’ hi organizzata minn Dar Guzeppa Debono mal-Komunitá Anawim. Continue reading Niċċelebraw il-Ħajja tat-trabi li mietu fil-Ġuf

L-ACN bi 850 proġett fis-Sirja

Sa mill-2011 sal-lum, l-Aid to the Church in Need (ACN) iffinanzjat 850 proġett fis-Sirja. Dawn huma ta’ għajnuna għal 127,000 familja, li jinkludu orfni, minorenni, u morda. Bl-appoġġ ta’ benefatturi, madwar 46,000 tifel u tifla, żgħażagħ u studenti qed jibbenefikaw ukoll minn dawn il-proġetti, li qed jipprovdu għajnuna ta’ emerġenza, kura pastorali, u appoġġ għall-għajxien tal-insara fis-Sirja. Continue reading L-ACN bi 850 proġett fis-Sirja

Inbiddlu l-ġid u r-rikkezzi f’relazzjonijiet.

Fl-Angelus ilbieraħ minn Pjazza San Pietru, il-Papa Franġisku qal li Ġesù jistedinna nagħmlu ħbieb mal-għana biex inbiddlu l-ġid u r-rikkezzi f’relazzjonijiet. Il-Papa kien qed jagħmel riflessjoni dwar il-Vanġelu tal-Ħadd fejn Ġesù jirrkkonta l-ġrajja tal-amministratur makakk li jara kif iserraħ ruħu minn future kwiet billi jnaqqas id-dejn ta’ dawk li kellhom jagħtu lil sidu. L-għan tiegħu kien li jagħmel ħbieb magħhom bit-tama li fi żmien ta’ bżonn isibhom. Continue reading Inbiddlu l-ġid u r-rikkezzi f’relazzjonijiet.