Attent/a għall-kamera!

Waħda mill-kelmiet li l-aktar li jispikkaw illum, fit-taħdit tagħna ta’ kuljum, hi l-imbierka kamera! Jew, biex ngħidha a la Amerikana, il-cam!

Illum ħafna mid-devices moderni li nużaw għandhom il-kamera. Jew il-cam. Ħu Facebook. Inkella l-whatz up. U anki l-viber. U, bilħaqq u biex żgur li ma ninsihx: l-ismartphone! Tiċċajta jekk il-mobile ikollux jużaha l-kamera miskin! Ara kemm nieħu selfies! U kemm niġbdu videos! Issa l-għaliex morna l-baħar. Imbagħad l-għaliex morna quddiesa. Jew għax ħarġet il-vara. U mbagħad għax ħareġ il-marċ. U wara l-għaliex it-tifla, it-tifel, in-neputi u n-neputija għamlu l-ewwel tqarbina. U allura viva l-cam ħi! Continue reading Attent/a għall-kamera!