Ittra Pastorali tal-Isqof Mario Grech bit-tema “Widnejn miftuħa”

Is-Sibt, 28 ta’ Settembru 2019: Ittra Pastorali tal-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, fl-okkażjoni tal-bidu tas-Sena Pastorali 2019-2020. Continue reading Ittra Pastorali tal-Isqof Mario Grech bit-tema “Widnejn miftuħa”

Sorijiet Olandiżi jiftħu ċimiteru għal dfin “naturali”

Fil-31 ta’ Awwissu, l-20 soru Trappisti tal-abazija Olandiża ta’ Koningsoord inawguraw ċimiterju “naturali’. Iċ-ċimiterju, li jinsab viċin il-belt ta’ Arnhem, fil-Lvant tal-Olanda żdied ma’ xi 20 ċimiterju ta’ funerali ekoloġiċi li hemm fin-naħa ta’ fuq tal-Ewropa. Iċ-ċimiterju naturali jħalli l-fdal tal-mejtin jiddikomponi b’mod naturali fil-ħamrija. S’issa erba’ min-nies biss indifnu fiċ-ċimiterju, imma hemm diversi li rriservaw post hemmhekk. L-iskop hu wieħed ambjentali, spiritwali u ekonomiku.

https://cruxnow.com/church-in-europe/2019/09/23/dutch-nuns-open-new-cemetery-for-natural-burials/

Rapport minn Joe Galea

Sorijiet f’ħidma kontra t-traffikar ta’ persuni

Talitha Kum hu network li permezz tiegħu sorijiet minn madwar 70 pajjiż jikkollaboraw flimkien fil-ħidma kontra t-traffikar ta’ persuni f’dak li hu skjavitù modern. Bejn is-17 u s-26 ta’ Settembru t-Talitha Kum ikkommemoraw l-10 anniversarju mit-twaqqif tan-network fl-assemblea ġenerali li saret f-Ruma. L-isem tan-network ġej mill-kliem ta’ Ġesù f’Mark 5, 41: “Tfajla, qiegħed ngħidlek, qum!” https://www.talithakum.info/en/events/general-assembly-2019

Rapport minn Joe Galea

Knisja, Moskea u Sinagoga ħdejn xulxin f’Abu Dhabi

Fil-vjaġġ storiku tiegħu fl-Emirati Għarab fi Frar li għadda, il-Papa Franġisku kien ħeġġeġ lill-mexxejja politiċi biex jaħdmu bla head għal kultura ta’ tolleranza u u ta’ għixien flimkien fil-paċi. Sheikh Mohamed bin Zayed, il-Crown Prince ta’ Abu Dhabi ikkommemora dan l-avveniment billi ordna binja dedikata għall-armonija bejn tliet reliġjonijiet: Kristjani, Lhud u Islamiċi. Il-binja se tkun fil-gżira ta’ Saadiyat, maġenb il-Louvre ġdid ta’ Abu Dhabi u se tissemma d-‘Dar tal-Familja ta’ Abraham’. Abraham hu meqjus bħala profeta qaddis mit-tliet reliġjonijiet. Il-proġett hu mistenni li jitlesta fl-2022.

https://www.newsweek.com/church-mosque-synagogue-abu-dhabi-1461097

Rapport minn Joe Galea

Int bis-serjetà?!

Kont miexi fil-kuritur tal-isptar. Għaddej sieket sieket. Fuq xogħli. Meta, f’daqqa waħda, fis-sular ta’ isfel nett, nisma’ il-kumment. Ġej mill-bogħod ‘il bogħod. Imma ħej, li għalija, kien viċin viċin. L-għaliex kien, iva, ħiereġ ħiereġ minn diskursata pjuttost imqanqla. Int bis-serjetà? wieġbet lil min kienet qed titħaddet miegħu fuq l-ismartphone. Continue reading Int bis-serjetà?!