Il-Papa f’Santa Marta: Il-kultura tat-tama tibda bil-kura taż-żgħar u tal-anzjani

It-Tnejn, 30 ta’ Settembru 2019: L-imħabba t’Alla lejn il-poplu tiegħu ma tafx bi ‘skart’; hija kbira, tixbaħ nar li jagħmilna lkoll umani. Fir-riflessjoni dwar is-silta meħuda mill-Profeta Żakkarija, il-Papa reġa’ saħaq li meta fil-familji u fis-soċjetà nittraskuraw lit-tfal u lill-anzjani għax mhumiex produttivi, ifisser li hemm in-nuqqas tal-preżenza t’Alla. Continue reading Il-Papa f’Santa Marta: Il-kultura tat-tama tibda bil-kura taż-żgħar u tal-anzjani

Attivisti favur l-abort jippruvaw jagħtu n-nar katidral fil-Messiku

Waqt demostrazzjoni favur l-abort li saret nhar is-Sibt li għadda, xi attivisti minn dawk li kienu preżenti ppruvaw jagħtu n-nar lill-Katidral ta’ Mexico City fil-Messiku.  Kif intebħu b’dan għadd ta’ Kattoliċi inġabru quddiem il-bibien tal-Katidral sakemm waslu fuq il-post il-pulizija u skwadra tat-tifi tan-nar li ma ħadu kontroll tas-sitwazzjoni u ma ħallewx  li ssir aktar ħsara u aggressjoni Continue reading Attivisti favur l-abort jippruvaw jagħtu n-nar katidral fil-Messiku