Ftuħ tax-Xahar tal-Ħolqien 2019

Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent ser tiftaħ ix‑Xahar tal‑Ħolqien biċ-ċelebrazzjoni ta’ Quddiesa kif ukoll taħdita fix‑Xgħajra. It‑taħdita mill‑Prof. Carmel Agius ser tkun dwar is‑seħer tal‑ħajja f’qiegħ il‑baħar tax‑Xgħajra u r‑rabta li dan għandu man‑nies tal‑lokal. Din l‑attività ser issir f’Dawret ix‑Xatt, ix‑Xgħajra stess, nhar it‑Tlieta 3 ta’ Settembru fis‑6:30pm. Kulħadd huwa mistieden jattendi. Continue reading Ftuħ tax-Xahar tal-Ħolqien 2019

L-episkopat tal-Isqof Giovanni Cefai se jkun ibbażat fuq l-imħabba, il-ħniena u l-umiltà

Il-Ġimgħa 30 ta’ Awwissu 2019, waslet lejn tmiemha l-viżta pastorali tal-Isqof Giovanni Cefai MSSP, b’Quddiesa Pontifikali kkonċelebrata bis-sehem tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. L-Isqof Għawdxi, li nħatar isqof tal-Prelatura Territorjali l-ġdida ta’ Santiago Apóstol de Huancané, fil-Perù iktar kmieni din is-sena, spjega kif din il-viżta se takkumpanjah għal ħafna żmien minħabba li ħass u għex l-imħabba tal-poplu Malti u Għawdxi. Continue reading L-episkopat tal-Isqof Giovanni Cefai se jkun ibbażat fuq l-imħabba, il-ħniena u l-umiltà