Il-Papa jiftaħ il-bieb għal ministeru ġdid għan-nisa

Print Friendly, PDF & Email

Kif tħabbar diġà minn dan is-sit, nhar it-Tnejn 30 ta’ Settembru il-Papa Franġisku ppubblika l-Ittra Aperuit illis, li hi Ittra Appostolika fil-forma ta’ motu proprio li biha ddikjara li se tibda ssir ċelebrazzjoni liturġika ġdida, imsejħa l-‘Ħadd tal-Kelma t’Alla’.

Se tkun fit-Tielet Ħadd taż-Żmien Ordinarju, f’Jannar. Fost suġġetti oħra għat-tħabbir aħjar tal-Kelma t’Alla, bħal fl-Omeliji tal-Ħadd, il-Papa jevoka studju dwar ministeru “speċifiku’ tal-proklamazzjoni tal-Kelma, li jkun miftuħ ukoll għan-nisa. Diversi siti ġabu dwar dan, imma tajjeb li wieħed jaqra l-motu proprio nnifsu.

Id-dokument Aperuit illis qiegħed diġà jiġu tradott għall-Malti u jkun publikat fuq il-Laikos malli dan ikun lest.

https://novenanews.com/amazon-synod-pope-opens-door-more-ministry-women/

Rapport minn Joe Galea

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading