Messaġġ tal-Papa għax-Xahar tal-Missjoni


“Illum, jeħtieġ nagħtu spinta ġdida lill-ħidma missjunarja tal-Knisja, biex niffaċċjaw l-isfida li nħabbru lil Ġesù li miet u rxoxta.” Dan qalu il-Papa Franġisku fil-Messaġġ tiegħu għax-xahar ta’ Ottubru 2019. (ara filmat hawn taħt)

Huwa kompla jgħid li biex nilħqu l-periferiji – l-ambjenti umani, kulturali u reliġjużi li għadhom ma jagħrfux il-Vanġelu – din hi dik li nsejħulha ‘missio ad gentes’.

Qal ukoll li rridu niftakru wkoll li l-qalba tal-missjoni tal-Knisja hija t-talb. F’dan ix-Xahar Straordinarju tal-Missjoni, ejjew nitolbu biex l-Ispirtu s-Santu jnissel “rebbiegħa” missjunarja ġdida fl-imgħammdin kollha mibgħuta mill-Knisja ta’ Kristu.