Pajjiż jibqa’ ħaj skont kemm is-soċjetà tgħożż liż-żgħar u l-anzjani

Pajjiż jibqa’ ħaj skont kemm is-soċjetà tgħożż liż-żgħar u l-anzjani. Dan qalu l-Papa Franġisku waqt omelija minn Dar Santa Marta nhar it-Tnejn 30 ta’ Settembru.  Huwa qal li l-imħabba t’Alla għall-poplu tiegħu ma tafx bi skart, hija kbira.  Madankollu, fil-familji u fis-soċjetajiet tal-lum it-tfal u l-anzjani huma traskurati u dan ifisser li hemm nuqqas tal-preżenza t’Alla. Continue reading Pajjiż jibqa’ ħaj skont kemm is-soċjetà tgħożż liż-żgħar u l-anzjani

Il-Papa jiftaħ ix-Xahar Missjunarju

It-Tlieta 1 ta’ Ottubru 2019, Il-Papa Franġisku iċċelebra l-Vespri fil-Bażilika ta’ San Pietru biex jiftaħ ix-Xahar Missjunarju Straordinarju ta’ Ottubru fil-festa ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù. Għalkemm qatt ma ħalliet il-monasteru Karmelitan hija l-patruna universali tal-missjonijiet flimkien ma’ San Franġisk Saverju. Continue reading Il-Papa jiftaħ ix-Xahar Missjunarju

Quddiesa għall-ġenituri li tilfu tarbija qabel it-twelid

Omelija tal-E.T., l-Isqof Mons. Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex, f’Quddiesa għall-ġenituri li tilfu tarbija qabel it-twelid, organizzata minn Dar Ġużeppa Debono u l-Komunità Anawim, fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb.

Ħadd dedikat għall-Kelma t’Alla

F’ittra appostolika nhar it-Tnejn 30 ta’ Settembru, il-Papa Franġisku ħabbar li Tielet Ħadd taż-Żmien Ordinarju se jkun il-Ħadd tal-Kelma t’Alla, iddedikat lill-Iskrittura Mqaddsa u t-tixrid tagħha mad-dinja. Il-Papa wera l-bżonn li jkollna relazzjoni aktar mill-qrib mal-Bibbja għax din mhijex il-wirt ta’ xi ftit u wisq inqas mhijiex ġabra ta’ kotba għall-benefiċċju ta’ ftit privileġġati. Hi fuq kollox ta’ dawk li huma msejħa biex jisimgħu l-messaġġ tagħha u jaraw fiha lilhom innifishom. Kull komunità għandha tara kif se tiċċelebra dan il-Ħadd tal-Kelma t’Alla, fosthom li fl-omelija tinwera l-qima li jixirqilha u li dakinhar il-Bibbja tkun esposta  f’post prominenti.

https://catholicherald.co.uk/news/2019/09/30/pope-francis-institutes-day-to-promote-knowledge-and-love-of-scripture/