Newman se jkun dikjarat Qaddis

Nhar il-Ħadd 13 ta’ Ottubru, il-Papa Franġisku ser jikkanonizza ħames qaddisin ġodda, fosthom il-Beatu John Henry Newman li għix bejn is-snin 1801 u 1890.  U trabba f’familja Anglikana u meta kiber sar qassis tal-Knisja Anglikana, imma fl-1845 sar Kattoliku u wara sar ukoll Saċerdot u fl-1878 il-Papa Ljun XIII ħatru Kardinal. Fil-filmat qasir ta’ hawn taħt, Fr Geoffrey G. Attard jagħti l-kummenti tiegħu dwar il-Kardinal Newman u l-kanonizzazzjoni tiegħu. Continue reading Newman se jkun dikjarat Qaddis

L-Isqof Mario Grech maħtur mill-Papa bħala Prosegretarju tas-Sinodu tal-Isqfijiet

Il-Q.T. il-Papa Franġisku llum ħatar lill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, bħala Prosegretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet. L-Isqof Grech jassumi r-responsabbiltajiet ta’ Segretarju Ġenerali meta mbagħad f’Awwissu li ġej il-Kardinal Lorenzo Baldisseri, li hu s-Segretarju Ġenerali attwali tas-Sinodu, itemm il-mandat tiegħu. Continue reading L-Isqof Mario Grech maħtur mill-Papa bħala Prosegretarju tas-Sinodu tal-Isqfijiet

Il-Papa f’Dar Santa Marta: Meta l-Kelma tmiss il-qalb ikun hemm festa

Il-Ħamis, 3 ta’ Ottubru 2019: Il-laqgħa mal-Kelma t’Alla timliena bil-ferħ u hi l-qawwa tagħna. Dan fakkru il-Papa Franġsiku fl-omleija tal-quddiesa li ċċelebra fil-kappellla tad-Dar Santa Marta l-Ħamis 3 ta’ Ottubru. Ma nistgħux nifhmu l-festa tal-jum tal-Ħadd jekk neqsin mill-Kelma t’Alla. Continue reading Il-Papa f’Dar Santa Marta: Meta l-Kelma tmiss il-qalb ikun hemm festa

San Franġisk ta’ Assisi u l-Knisja

INĦOBBUHA – INĦOSSU MAGĦHA U NAĦDMU MAGĦHA.

Kitba ta’ Fr. Philip Cutajar, Franġiskan Kapuċċin

Nitkellem minn San Franġisk b’relazzjoni ma’ waħda mill-kariżmi li kien jippossiedi, jiġifieri dik tal-imħabba tiegħu lejn il-Knisja Kattolika, inġib quddiem għajnejja l-kliem ta’ Ġuljanu ta’ Speyer, meħudin mill-antifona tal-Uffiċċju tal-Liturġija tas-Sigħat li nthennu dak innhar tal-festa tal-qaddis, antifona li tibda bil-kelmiet: “Franciscus vir catholicus et totus apsotolicus (Franġisku kollu kemm hu kattoliku u apostoliku). Continue reading San Franġisk ta’ Assisi u l-Knisja