Illum il-Knisja tfakkar lil San Ġerardu


Fit-3 ta’ Ottubru l-Knisja tfakkar lil San Ġerardu, Abbati li għex bejn is-snin 895 sa 959.

St-Gerard-of-Brogne_b

Twieled qrib l-ibliet ta’ Fosses u ta’ Namur fil-Belġju, minn familja nobbli, madwar is-sena 895.

Mibgħut Franza biex jaqdi missjoni diplomatika, iltaqa’ mal-Benedittini ta’ Saint-Denis u daħal Benedittin.

Wara 11-il sena sar saċerdot u rritorna l-Belġju, fejn f’art li kienet tiegħu waqqaf il-monasteru ta’ Brogne, qrib Namur li tiegħu sar abbati.

Peress li l-monasteru ta’ Brogne, kien veru mudell ta’ osservanza, Ġerardu ġie msejjaħ mid-Duka ta’ Lorraine biex jirriforma l-Abbazija ta’ San Ghislain, ħdejn Mons fil-Belġju, ta’ Mont Saint Michel fi Franza, u oħrajn, fejn bħal San Beneditt ta’ Aniane, ftit iktar minn seklu qabel daħħal l-osservanza stretta tar-Regola Benedittina.

Wara li rnexxielu jirriforma madwar 20 monasteru, dan ir-restawratur miet fl-abbazija tiegħu ta’ Brogne, fit-3 ta’ Ottubru, 959.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.