Illum Mons Antoine Camilleri kien konsagrat Isqof mill-Papa nnifsu


Il-Papa Franġisku għadu kif ikkonsagra erba’ isqfijiet ġodda fil-Bażilika ta’ San Pietru u fosthom hemm in-nunzju appostoliku Malti Monsinjur Antoine Camilleri. L-Isqof  Camilleri twieled f’Tas-Sliema fl-20 ta’ Awwissu tal-1965. Hu ġie ordnat saċerdot fil-5 ta’ Lulju tal-1991 u daħal fis-servizz diplomatiku tas-Santa Sede fid-9 ta’ Jannar tal-1999.