Il-Papa: “Ma ngħixux fidi tas-sagristija”


It-Tlieta 1 ta’ Ottubru l-Papa Franġisku inawgura x-xahar straordinarju tal-missjoni waqt il-vespri fil-Bażilka ta’ San Pietru. Il-Papa wissa lill-Kattoliċi biex ma jżommux il-fidi tagħhom fil-binja tal-knisja; ma joqogħdux jitħassbu dwar dak li għadda imma jaraw kif iwasslu l-fidi fid-dinja.

sagristija

Il-Papa qal, “Jekk jogħġobkom, ma ngħixux fidi “tas-sagristija,” u “l-Knisja m’għandhiex tfittex oażi żguri biex tgħix fil-paċi”, imma “trid isir melħ tal-art u ħmira fid-dinja”. Din l-inizjattiva tal-missjoni hi fi żmien meta l-Papa se jmexxi s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar l-Amażonja, tliet ġimgħat ta’ laqgħat li se jiffokaw dwar kif il-Knisja tista’ taqdi aħjar reġjun li qed ibati minn qirda ambjentali u fejn komunitajiet jgħaddu xhur mingħajr sagramenti minħabba n-nuqqas ta’ Saċerdoti.

https://www.thetablet.co.uk/news/12089/-francis-warns-catholics-against-having-a-sacristy-faith-as-he-launches-a-month-dedicated-to-mission-

Rapport ta’ Joe Galea