Lectio Divina tat-28 Ħadd. Sena “Ċ”

Vanġelu (Lq 17, 11-19): Dak iż-żmien, il-lebbra  kienet meqjusa bħala kastig tad-dnub.  Ma kien hemm l-ebda  fejqan għaliha – Alla biss seta’ jfejjaqha wara li dawk li kellhom dil-marda kienu jistqarru dnubiethom.  Il-lebbrużi kienu rrifjutati minn kulħadd. Bil-liġi ta’ Mose’ kellhom jilbsu lbies imqatta’ u jgħixu ‘l bogħod mill-irħula u l-bliet. Jekk xi ħadd kien jersaq lejhom, kienu obbligati li jaqbu jgħajtu u jwissu lil dak li jkun biex ma jersaqx iżjed. Xi wħud kien ikollhom ukoll bastun li mat-tarf tiegħu kienu jorbti xi ġlieġel biex jiġbdu l-attenzjoni. Continue reading Lectio Divina tat-28 Ħadd. Sena “Ċ”