L-Ispirtu s-Santu hu l-attur prinċipali tas-Sinodu – Il-Papa Franġisku


Fid-diskors tiegħu fil-bidu tas-Sinodu dwar l-Amażonja, il-Papa Franġisku qal li l-Ispirtu s-Santu hu l-attur prinċipali tas-Sinodu u għandu jkun ta’ ispirazzjoni u gwida għall-parteċipanti. Il-Papa talab lill-Isqfijiet biex jirriflettu, jiddjalogaw u jisimgħu b’umiltà. Is-Sinodu tal-Amażonja qed jiltaqa’ fil-Vatikan mis-6 sas-27 ta’ Ottubru.

sinodu.jpegIsqfijiet, Saċerdoti, esperti lajċi, reliġjużi rġiel u nisa qed jiddiskutu temi ta’ importanza għall-Knijsa fl-Amażonja, fosthom in-nuqqas ta’ vokazzjonijiet ta’ Saċerdoti, sfidi ekoloġiċi u ostakli għall-evanġelizzazzjoni. Il-Papa talab li jinżamm mument ta’ silenzju wara kull erba’ interventi waqt is-Sinodu. Għal kumment li dan is-silenzju jista’ jwassal biex il-parteċipanti jaqbadhom in-ngħas, il-Papa ċċajta li kif ġara s-sena l-oħra fis-Sinodu dwar iż-żgħażagħ, xi wħud raqdu fl-interventi u mbagħad qamu waqt is-silenzju.

https://catholicherald.co.uk/news/2019/10/07/holy-spirit-is-main-actor-of-amazon-synod-pope-says-in-opening-remarks/