Nhar it-Tlieta 15 ta’ Ottubru, fis-7.00 pm, l-okkażjoni tal-mitt sena mill-eżumazzjoni u t-trasport tal-fdalijiet ta’ Adelaide Cini miċ-ċimiterju ta’ Santa Maria Addolorata għall-istitut “Ta’ Ċini” li kienet waqqfet hi stess, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil-kappella tal-Istitut Cini f’Santa Venera. Continue reading “100 sena ilu ħadu l-ġisem ta’ Adelaide Cini mill-Addolorata għall-Istitut Cini”