Il-Papa Franġisku ħatar aġent kmandant tas-sigurtà Vatikana


Il-Papa Franġisku ħatar aġent kmandant tas-sigurtà Vatikana biex imexxi l-forza tal-pulizija tal-Belt tal-Vatikan wara r-riżenja ta’ Domenico Giani. Il-Papa ħatar lil Gianluca Gauzzi Broccoletti, li ħadem fil-ġendarmerija Vatikana mill-1995, u kien viċi direttur u viċi kmandant tas-sigurtà Vatikana u s-servizzi tal-ħarsien ċivili mill-2018.

cq5dam.web.738.462
Gianluca Gauzzi Broccoletti

Din il-ħatra waslet wara li Giani rriżenja wara l-ħruġ ta’ memo kunfidenzjali intern li ħabbar is-sospenzjoni ta’ uffiċjali u ħaddiema tal-Vatikan u kien ristrett l-aċċess tagħhom fil-Vatikan.

Is-Segretarjat tal-Istat huwa l-uffiċċju governattiv ċentrali tal-Vatikan u t-taqsima tal-Kurja Rumana li jaħdmu mill-qrib mal-Papa. Huwa wkoll responsabbli mill-governanza tal-istat tal-Belt tal-Vatikan. L-Awtorità tas-Sigurta Finanzjarja tal-Vatikan jgħasses għal tranżazzjonijiet finanzjarji suspettużi, u huwa inkarigat li jara li l-politika bankarja Vatikana timxi ma’ standards finanzjarji internazzjonali.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija