Illum il-Knisja tfakkar lil Santa Margerita Marija Alacoque


Fis-16 ta’ Ottubru l-Knisja tfakkar lil Santa Margerita Marija Alacoque, Verġni li għexet bejn is-snin 1647 sa 1690.

Santa Margerita Marija twieldet fid-Djoċesi ta’ Autun, Franza, fl-1647. Meta kellha tmien snin tilfet lil missierha.

Kien għad għandha ħdax-il sena meta bdiet issofri ħafna bir-rewmatiżmu, u meta tnejn minn ħutha bdew jitrattaw ħażin lilha u lil ommha, hi bdiet issib ħafna faraġ f’Ġesù Sagrament.

Minn kmieni wriet devozzjoni speċjali lejn Ġesù Ewkaristija. Irrifjutat proposti għaż-żwieġ, u fl-1671, meta kellha 24 sena, daħlet soru tal-Viżitazzjoni f’Paray-le-Monial, u għamlet avvanzi tal-għaġeb fit-triq tal-perfezzjoni. Hija talbet lill-majjistra tan-novizzi tgħidilha x’kellha tagħmel biex timmedita. Il-majjistra weġbitha biex tpoġġi lilha nnifisha quddiem Alla bħala tila vojta.

Sa minn mindu kellha 20 sena Margerita esperjenzat dehriet ta’ Kristu, u fis-27 ta’ Diċembru 1673, kellha bidu għal serje ta’ rivelazzjonijiet li kellhom ikomplu għas-sena u nofs ta’ wara. Fihom, il-Mulej urieha mħabbtu lejn id-dinja. F’dawn ir-rivelazzjonijiet Kristu għarrafha li hu kien għażilha bħala strument biex ixxerred id-devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa tiegħu; għarrafha wkoll b’devozzjoni ġdida fil-Knisja li kellha tkun magħrufa bħala tad-Disa’ Ġimgħat u wkoll l-Ora Santa. Talabha wkoll li fil-Knisja titwaqqaf il-festa tal-Qalb Imqaddsa tiegħu fil-jum tal-Ġimgħa li jiġi fuq l-Ottava ta’ Corpus Christi.

Is-superjura tagħha, Madre de Saumaise, ħaditha kontra tagħha fl-isforzi tagħha biex timxi fuq l-istruzzjonijiet li hija kienet irċeviet fir-rivelazzjonijiet. Imma mbagħad aċċettat. Anki fost sħabha, ħafna ma setgħux iniżżluha li kellha dehriet ta’ Kristu. Margerita sabet appoġġ kbir fil-persuna ta’ San Klawdju la Colombière, SJ li għal xi żmien kien il-konfessur tal-komunità.

Bil-għajnuna ta’ San Klawdju de la Colombiere SJ li ddikjara li r-rivelazzjonijiet kienu ġenwini, Santa Margerita Marija bdiet dawn id-devozzjoni u bl-isforzi tagħha ġiet imwaqqfa l-festa tal-Qalb ta’ Ġesù.

L-oppożizzjoni fil-komunità waqfet meta fl-1683 ġiet eletta superjura l-Madre Mélin li għażlet lil Margerita bħala l-assistenta tagħha. Hi mbagħad saret majjistra tan-novizzi.

Hi rat ukoll, fl-1686 – erba’ snin qabel mietet – il-kunvent jibda josserva privatament il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù; u sentejn wara nbniet kappella f’Paray-le-Monial iddedikata lill-Qalb ta’ Ġesù. Malajr l-osservanza tal-festa bdiet tixtered fil-kunventi l-oħra tas-Sorijiet Viżitandini.

Margerita Alacoque mietet ta’ 43 sena f’Paray-le-Monial fis-17 ta’ Ottubru 1690, u ġiet ikkanonizzata fl-1920 mill-Papa Benedittu XV. Ġisimha jinsab taħt l-artal tal-Kappella tal-kunvent ta’ Paray. Id-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesù ġiet uffiċjalment rikonoxxuta 75 sena wara mewtha fl-1765 minn Klement XIII.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.