Mitt sena kienet konsagrata l-Kappella tal-Istitut Cini


Il-Kappella li hemm fl-Istitut Cini f’Santa Venera li ftit tal-jiem ilu kien ġie mgħoddi mill-Knisja f’Malta biex ikun użat mill-Moviment Hospice, illum tagħlaq mitt sena mill-konsagrazzjoni tagħha. Lejiet, propju bħal bieraħ, il-fdalijiet ta’ Adeliade Cini kien trasportati miċ-Ċimiterju tal-Addolorata u midfuna f’din l-kappella, biex imbagħad, l-għada stess, l-Arċisqof ta’ dak iż-żmien, Mauro Caruana kien ikkonsagra din il-kappella.

Dan qalu l-Arċisqof Charles J. Scicluna, il-bierah waqt li quddies li mexxa konċelbrazzjoni f’dan il-post filwaqt li talab lil Alla sabiex il-każ tal-Beatifikazzjoni tal-Venerabbli Adelaide Cini jimxi ‘l quddiem.

Fil-Quddiesa Mons Scicluna introduċa ma’ dawk preżenti lid-Dottoressa Giovanna Brizzi, li aċċettat li tkun postulatriċi għall-kawża tal-beatifikazzjoni. Brizzi hija wkoll il-postulatriċi ġenerali tal-Ordni Karmelian u ħadmet ħafna għall-kawża ta’ Patri Avertan Fenech.

adelaide cini photo 484x600.jpg
Il-Venerabbli Adelaide Cini

L-Arcisqof qal li Adelaide Cini bdiet moviment missjunarju ġdid fost il-ħafna bniet abbandunati ta’ żmienha, mill-klassijiet il-fqar tas-soċjetà Maltija, u waqqfet konservatorju għall-bniet l-aktar fil-bżonn. Kienet pijuniera wkoll li tiddefendi l-ħajja mhux billi tikkundanna. Dan għamlitu speċjalment meta tfajliet mhux miżżewġa kienu jinqabdu tqal. Adelaide qatt ma kkundannat lil ħadd. Il-kelma tagħha kienet dejjem kelma ta’ ħniena. Il-talba preferita tagħha kienet, ‘Mulej, kun int il-ħniena tagħna.’

Bolla Postali
Bolla ta’ Malta

Adelaide Cini kienet ġiet iddikjarata Venerabbli mill-Papa Piju X fit-23 ta’ Frar 1910. L-Arċisqof jixtieq li l-eżempju ta’ ħajjitha u l-ħidma li wettqet Adelaide Cini man-nisa vittmi tal-prostituzzjoni u wliedhom, isiru aktar magħrufa u apprezzati mill-Insara.  Temm billi ħeġġeġ lil dawk preżenti jitolbu lil Alla bl-interċessjoni tal-Venerabbli Adelaid.

Fl-1986, il-posta ta’ Malta kienet fakkret lil Adelaide Cini permezz ta’ bolla.