Aktar minn elfejn tarbija abortita misjuba f’dar ta’ tabib.


Il-ġisem mejjet ta’ aktar minn 2,246 tarbija abortita, kien misjub xi ġimgħat ilu f’dar tat-Tabib Dr. Ulrich Klopfer li kien għadu kif miet xi jiem.  It-tabib li kien imexxi klinika ta’ abort fl-Istat ta’ Illinois fl-Amerka. Xi jiem wara din is-sejba makabra, il-County Sheriff qal li kienu instabu aktar iġsma ta’ aktar minn mitt tarbija oħra abortita fil-luggage booth tal-karozza ta’ dan it-tabib.

Ulrich-KlopferKlopfer li miet fl-età ta’ 75 sena, kien beda jwettaq l-arbort 45 sena ilu, eżattament fl-1975.  Kien rapurtat li matul dawn is-snin huwa kien temm it-tqal u qatel madwar tletin elf tarbija.

Mhix magħrufa r-raġuni għala dan il-bniedem kien iżomm l-iġsma tat-trabi mejta preservati f’daru.  Dawk misjuba fil-karozza aktar kien qed iġorrhom mill-klinika għad-dar tiegħu ftit qabel ma miet.

Fit-tieqa tal-klinika tiegħu, kif jidher ċar f’dan ir-ritratt, dan it-tabib qattiel tat-trabi mhux imwielda kien poġġa poster bil-kliem waħxi, Keep Abortion legal.

“Mhux bir-raġun”, ikkumenta xi ħadd, “jekk hu kien isib tant eluf ta’ ommijiet lesti jmorru jħallsuh biex joqtlilhom lill-ulied sa minn ġo ġufhom stess!”