Illum il-Knisja tfakkar lil San Injazju ta’ Antjokja


Fis-17 ta’ Ottubru l-Knisja tfakkar lil San Injazju ta’ Antjokja, Isqof u Martri li ħa l-martirju fis-sena 107.

San Injazju kien ikkonvertit aktarx mill-appostlu San Ġwann, u sar dixxiplu tiegħu.

San Pietru ħatru Isqof suċċessur tiegħu, bħala t-tieni Isqof ta’ Antjokja, f’dik il-belt fejn l-“Insara” ngħatalhom dan l-isem għall-ewwel darba. Dam Isqof ta’ dik is-Sede għal madwar 40 sena, sakemm kellu mat-62 sena meta l-Imperatur Trajanu qanqal it-tielet persekuzzjoni u kkundannah għall-mewt. Ħaduh mgħasses Ruma biex jiġi mitfugħ lill-iljuni.

Fi triqtu lejn Ruma għadda mill-Asja Minuri (Turkija) u mill-Greċja. Fi Smirna, fost-il ħafna li marru jilqgħuh kien hemm il-ħabib kbir tiegħu San Polikarpu li wara hu wkoll miet martri. Minn kull fejn kien jgħaddi, l-Insara kienu jmorru jilqgħuh bi ħġarhom u jitolbuh iberikhom. Sakemm wasal, laħaq kiteb seba’ ittri lil diversi Knejjes, ittri mimlijin bil-għerf u bit-tagħlim kbir fuq Kristu, fuq it-twaqqif tal-Knisja u fuq il-ħajja Nisranija.

Hu mar b’kuraġġ kbir jiltaqa’ mal-martirju li kien hemm lest għalih. Fl-ittra li kiteb lir-Rumani qalilhom: “Jiena l-qamħ ta’ Alla u ser niġi misħuq minn snien l-annimali selvaġġi biex niġi magħġun f’ħobż safi.” Dan il-kliem, il-Knisja tużah fit-“Talba fuq l-offerti” tal-quddiesa tiegħu.

Miet f’Ruma fl-20 ta’ Diċembru 107, meta tqatta’ bċejjeċ u ttiekel minn żewġ iljuni, fl-anfiteatru.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.