Inawgurat ir-Rużarju elettroniku


Il-‘Pope’s Worldwide Prayer Network’ introduċa idea ġdida biex iktar żgħażagħ jitħajru jitolbu r-Rużarju għall-paċi fid-dinja permezz ta’ e-application bl-isem ta’ ‘Click To Pray eRosary’. Dan il-proġett interattiv jiġbor it-tradizzjoni tar-Rużarju bl-aħħar sistemi tad-dinja teknoloġika.

CaptureMeta wieħed jattiva l-application jista’ jagħżel ir-Rużarju kif nafuh aħna jew b’mod kontemplattiv kif ukoll Rużarji differenti li se jiġu introdotti kull sena. B’hekk eluf ta’ nies madwar id-dinja se jkunu magħqudin fit-talb flimkien. Dan ir-Rużarju elettroniku wasal f’mument speċjali għall-Knisja, f’nofs Ottubru fil-qalba tax-‘Xahar Straordinarju Missjunarju’, li kien inawgurat mill-Papa Franġisku. Iċ-ċerimonja tal-Click To Pray eRosary saret nhar it-Tlieta 15 ta’ Ottubru fil-11 ta’ filgħodu fl-Uffiċċju tal-Istampa tal-Vatikan fil-preżenza ta’ numru ta’ ġurnalisti.

Wieħed jista’ jsib ukoll għajnuna biex jitlob ir-Rużarju ta’ kuljum u talb ieħor bil-Malti, f’din il-paġna tal-Laikos … http://www.laikos.org/tvl-nitolbu.html

https://www.popesprayer.va/2019-october-click-to-pray-erosary-the-new-smart-rosary-to-pray-for-peace-in-the-wo