Illum il-Knisja tagħmel il-Festa ta’ San Luqa


Fit-18 ta’ Ottubru l-Knisja tagħmel il-Festa ta’ San Luqa, Evanġelista li għex fl-1 Seklu.

San Luqa kien minn Antjokja, belt ewlenija tas-Sirja. Hu kien ta’ razza u kultura Griega. Fejn, kif u meta kkonverta ma nafux. X’aktarx li kkonvertieh San Pawl f’Antjokja, iżda żgur li kkonverta qabel sewwa s-sena 50 w.K.

San Luqa kien tabib, infatti San Pawl sejjaħlu “Luqa, l-għażiż tabib” (Kolossin 4:14). Aktarx li kien ukoll jiddeletta jpitter, għax hemm xi pitturi li huma attribwiti lilu. F’Malta wkoll hemm tradizzjoni li tgħid li l-pittura tal-Madonna meqjuma fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa hi xogħol idejh, iżda xejn b’ċertezza.

San Pawl ħadu miegħu fit-tieni u fit-tielet vjaġġi tiegħu. San Luqa qatt ma ħallieh lil San Pawl jekk mhux għal xi waqtiet ta’ qadjiet għall-knejjes stess. Kien miegħu fl-aħħar priġunerija tiegħu fil-ħabs, f’Ruma.

Meta San Pawl telaq minn Ċesarija għal Ruma, Luqa kien miegħu, u miegħu kien fin-nawfraġju tiegħu f’Malta, u miegħu kien meta wara t-tliet xhur tax-xitwa telaq minn Malta, 61 – 63 W.K.

San Luqa kiteb it-tielet Vanġelu, u wara, il-ktieb tal-Atti tal-Appostli. L-istudjużi moderni jgħidu li kitibhom lejn is-sena 70 – 80 w. K. Ma nafux fejn kitibhom.

Tradizzjoni tgħid li San Luqa miet martri, imsallab ma’ siġra, f’Boeotia, il-Greċja, fil-għomor ta’ 84 sena.

Fl-arti jġibuh b’gendus. Dan għaliex jibda l-Vanġelu tiegħu bir-rakkont tal-qassis Żakkarija qed joffri sagrifiċċju fit-tempju.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.