Musical ‘THE SOUND OF MUSIC’

Print Friendly, PDF & Email

L-Oratorju Don Bosco flimkien mal-Chorus Urbanus se jttella’ l- Musical THE SOUND OF MUSIC li jirrakkonta l-ġrajja ta’ familja fl- awstrija fil-bidu tat-tieni gwerra dinjija. Dan il-musical kien kiseb suċċess kbir meta kien ħareġ bħala film mużikali lura fis-snin sittin. L-ispettaklu THE SOUND OF MUSIC qed jittella’ live taħt liċenzja li ngħatat apposta mill-Ingilterra biex ikun jista’ jsir f’Malta.

F’dan l- ispettaklu kbir ta’ kant, mużika u żfin jieħdu sehem madwar sebgħin persuna. THE SOUND OF MUSIC huwa adattat ħafna għall-familja kollha. Il-Musical se jsir nhar is-Sibt 9 ta’ Novembru fis-7.30pm, b’ripetizzjoni l-għada l-Ħadd 10 ta’ Novembru fis-2.30pm (matinee show). Isiru mbagħad żewġ rappreżentazzjonijiet oħra mill-ġdid il- Ġimgħa 15 ta’ Novembru fis-7.30pm u l-Ħadd 17 ta’ Novembru fil-5.30pm. Il-Booking huwa miftuħ kuljum bejn il-5.00pm u s-7.00pm mill-Oratorju stess (jew inkella permezz tat-telefon fuq 21556616 jew inkella fuq 99487751). Il-booking jista’ wkoll isir online fuq donboscogozo.org.

Pjazza Santu Wistin, Victoria, Għawdex ٠ Tel: 21556616 ٠ Fax: 21564360

The Sound of Music with onlinebooking

Leave a Reply

%d bloggers like this: