Vanġelu: Luqa jkompli jirrakkonta l-ġrajjiet ta’ Ġesu fi triqtu mill-Ġudeja sa Ġerusalemm. Ġeriko hija l-belt tal-palm u magħrufa ħafna għal-pjanta li minnha kienu jieħdu l-balzmu. Kienet sinjura mħabba l-kummerċ mal-Eġittu u mal-bliet tal-Mediterran. Il-Lhud sinjuri kellhom il-villa tax-xitwa hemm. In-nies ta’ Ġeriko kienu jiksru d-drawwiet ta’ missirijiethom u moħħhom fix-xalar: bil-maqlub ta’ Ġerusalemm, il-belt tat-talb. Hu u dieħel Ġeriko, Ġesu’ jfejjaq lill-għama. Continue reading Lectio Divina tal-31 Ħadd. Sena “Ċ”