Inħossu mal-Knisja

Kitba ta’ Joe Galea

Kulmeta jsir survey u jkun magħruf li naqset l-attendenza għall-Quddies tal-weekend, fil-ġranet ta’ wara jsir studju u analiżi dwar x’inhuma r-raġunijiet. Jissemma’ li l-omelija ħafna drabi tkun twila u ma tkunx relevanti għan-nies tal-lum u li mhemmx ġdid x’nisimgħu. Inġibu raġunijiet oħra, bħal li wara ġimgħa taħbit irridu nieħdu l-mistrieħ tagħna u allura ma nsibux ħin għall-knisja. Nintilfu f’ħafna argumenti u xi setturi tal-midja jixxalaw fuq ir-riżultat tas-survey u jsaħħnu l-qiegħa billi jqanqlu dibattitu billi jafu kemm dan jogħġob lin-nies. U ma naslu mkien, għax nibqgħu kif konna. Continue reading Inħossu mal-Knisja