Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Novembru 2019


Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Novembru 2019 …

23/06/2019 10:10:08 Imdina

Il‑Ġimgħa 1 ta’ Novembru, fis‑6:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Qaddisin Kollha, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Iċ‑ċelebrazzjoni tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Is‑Sibt 2 ta’ Novembru, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit‑Tifkira Solenni tal‑Mejtin Kollha, fil‑Knisja taċ‑Ċimiterju tal‑Addolorata, Raħal Ġdid. Il‑Quddiesa tixxandar fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Il‑Ħadd 3 ta’ Novembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Patri Dominic Mangani OFM Cap, bħala l‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa tat‑Trinità Qaddisa, il‑Marsa.

It‑Tnejn 4 ta’ Novembru, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jagħti l‑Ministeru tal‑Akkolitat lil tliet seminaristi, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù.

Is‑Sibt 16 ta’ Novembru, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma lill‑adolexxenti tal‑iskola San Anton, fis‑Santwarju tal‑Ħniena Divina, in‑Naxxar. Fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, u wara jsir pellegrinaġġ bil‑vara tal‑Immakulata Kunċizzjoni sal‑Parroċċa ta’ Bormla.

Il‑Ħadd 17 ta’ Novembru, fl‑10:45 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid. Fl‑4:00 p.m., l‑Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Gżira.

Is‑Sibt 23 ta’ Novembru, fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż‑Żabbar.

Il‑Ħadd 24 ta’ Novembru, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż‑Żabbar. Fil‑5:00 p.m., l‑Arċisqof jmexxi korteo minn fejn il‑monument ta’ Kristu Re, il‑Furjana, li jimxi lejn il‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fejn tingħad it‑talba tal‑għasar.

Sors: www.knisja.mt
Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.