Ħadd dedikat għall-Kelma t’Alla

F’ittra appostolika nhar it-Tnejn 30 ta’ Settembru, il-Papa Franġisku ħabbar li Tielet Ħadd taż-Żmien Ordinarju se jkun il-Ħadd tal-Kelma t’Alla, iddedikat lill-Iskrittura Mqaddsa u t-tixrid tagħha mad-dinja. Il-Papa wera l-bżonn li jkollna relazzjoni aktar mill-qrib mal-Bibbja għax din mhijex il-wirt ta’ xi ftit u wisq inqas mhijiex ġabra ta’ kotba għall-benefiċċju ta’ ftit privileġġati. Hi fuq kollox ta’ dawk li huma msejħa biex jisimgħu l-messaġġ tagħha u jaraw fiha lilhom innifishom. Kull komunità għandha tara kif se tiċċelebra dan il-Ħadd tal-Kelma t’Alla, fosthom li fl-omelija tinwera l-qima li jixirqilha u li dakinhar il-Bibbja tkun esposta  f’post prominenti.

https://catholicherald.co.uk/news/2019/09/30/pope-francis-institutes-day-to-promote-knowledge-and-love-of-scripture/