Change of plans!

Dan l-aħħar ġarrabt esperjenza tabilħaqq interessanti. Liema esperjenza għallmittni u għallmittni bil-bosta kemm il-ħajja hi, fil-fatt, rigal kbir! U irrepetibbli! Appuntu l-għaliex ġejja mill-aqwa rigal, il-Mulej innifsu!

Kelli pjan. Kien x’kien. Imma, u għal xi raġuni, dan il-pjan ma ħadimx. Investejt f’dan il-pjan. U investejt bil-bosta. Moħħi qalli li dan il-pjan kien se jirnexxi mija fil-mija. U mank jaħasra li kieku rnexxa! Kemm kieku kien se jkun ta’ ġid! Almenu f’moħħi! Għax hekk ħasel irraġuna! Imma x’ġara? Għal xi raġuni, kienet li kienet, dan il-pjan ma twettaqx. Continue reading “Change of plans!”