‘Senduq Msaħħar’ – Musical Oriġinali

Print Friendly, PDF & Email

Kull student jaf li meta tidħol fejn mhux suppost tispiċċa fl-inkwiet! Imma Samuel, George, Peter u Thomas qatt ma basru f’liema basla kienu se jidħlu waqt mawra ma’ tal-iskola … mawra li marret sew l’hinn minn dak li ried l-għalliem tagħhom. Tgħid jirnexxielhom joħorġu minn din it-taħwida? U fuq kollox … se jirnexxielhom ma jeqirdux il-Milied fil-proċess?

Senduq Msaħħar

Ejja u skopri dan nhar il-Erbgħa, 11 ta’ Diċembru, 2019 ġewwa t-Teatru Astra, fis7:00pm, fejn l-istudenti u l-istaff tas-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù, tar-Rabat, Għawdex se jtellgħu l-musical oriġinali ‘Senduq Msaħħar’ – spettaklu ta’ reċtar, kant, daħk, żfin u avventura, b’kitba oriġinali ta’ Alexander G. Farrugia u direzzjoni ta’ Paul Rapa.

Stampa oriġinali tal-poster: Dorian Ellul Assuero (student tal-11-il Sena)
Biljetti: arnaud.bouvier@gozoseminary.com jew 99228506 minn nhar it-Tnejn, 18 ta’ Novembru, 2019 mir-reception tal-iskola

Leave a Reply

%d bloggers like this: