Mixja ta’ Fidi fil-Festa ta’ Kristu Re


Kristu Re Monument.jpgIl-Ħadd 24 ta’ Novembru, Festa ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu, ser issir Mixja ta’ Fidi minn maġenb il-Monument ta’ Kristu Re fil-Floriana sal-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.  Il-mixja tibda fil-5.00 pm u titmexxa minn Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna.  Fil-Konkatidral issir it-talba tal-Għasar u wara tkun mogħtija l-Barka Sagramentali.

Ara l-ktejjeb ta’ talb …