L-Assemblea Djoċesana 2019: Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed


Il-pjan pastorali għall-erba’ snin li ġejjin … L‑Arċidjoċesi ta’ Malta ser tlaqqa’ l‑Assemblea Djoċesana bejn għada l‑Ħamis 21 u l‑Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2019. L‑Assemblea ser tkun ippreseduta mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna u ser tiltaqa’ fis‑Sala taċ‑Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK) f’Birkirkara.

Capture

Matul din l‑Assemblea ser jiġi ppreżentat il‑working document tal‑Pjan Pastorali għall‑Arċidjoċesi ta’ Malta għas‑snin 2020‑2023. Il‑preżentazzjoni ser issir mid‑Delegat Episkopali għall‑Evanġelizzazzjoni Dr Nadia Delicata.

Dan il‑working document bit‑tema ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed – Proċess ta’ Dixxerniment Ekkleżjali 2020‑2023’ jelenka erba’ prijoritajiet ewlenin għall‑Knisja: li tisma’, li tilqa’, li takkumpanja u li toħrog bla biża’ biex ixxandar l‑Bxara t‑Tajba. Id‑dokument, li huwa ispirat mir-rakkont tad-dixxipli ta’ Emmaws mill-Evanġelju ta’ San Luqa, inkiteb wara konsultazzjoni wiesgħa li saret matul dawn l‑aħħar xhur ma’ għadd ta’ persuni involuti f’diversi ħidmiet tal‑Knisja u tas-soċjetà Maltija.

Fl‑Assemblea, l‑Arċisqof Scicluna u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi ser jismgħu r‑reazzjonijiet għal dan id‑dokument minn diversi rappreżentanti involuti direttament fil‑ħidma tal‑Knisja, bħala parti minn proċess ta’ dixxerniment ekkleżjali (il‑proċess li permezz tiegħu, imdawla mill‑Ispirtu s‑Santu u l‑Kelma ta’ Alla, il‑Knisja tagħraf ir‑rieda ta’ Alla għal sitwazzjoni jew żmien partikolari). Ladarba jitlesta dan il‑proċess, il‑Pjan Pastorali jiġi ppublikat f’Jannar li ġej.

Għall‑Assemblea Djoċesana huma mistiedna l‑kappillani u r-rappreżentanti tal‑parroċċi kollha, il‑provinċjali tal‑kongregazzjonijiet reliġjużi, u l‑mexxejja tal‑għaqdiet u l‑movimenti Kattoliċi, flimken ma’ delegati u persuni oħra f’kunsilli tal‑Arċidjoċesi. L‑Arċisqof Scicluna ser jagħlaq l‑Assemblea bid‑diskors tiegħu l‑Ġimgħa filgħaxija.

Sors: www.knisja.mt
Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.