Il-kuġina tal-Papa tħallih jistenna


Fil-vjaġġ tiegħu fit-Tajlandja, il-Papa kellu bħala interpreta lis-sekonda kuġina tiegħu, is-soru Sależjana ta’ 77 sena Ana Rosa Sivori, li ilha aktar minn 50 taħdem fost l-Insara tal-pajjiż. Ana Rosa ma ddejqitx tilmenta mal-kuġin tagħha ‘Jorge’ li messu mar fin-naħat foqra tat-Tajlandja milli l-kapitali Bangkok.

kugina-papa.jpeg

Darba minnhom il-Papa tbissem meta damet ma ttraduċiet mill-Ispanjol billi huwa ħareġ mill-iskript. Sa ħadet post l-Isqof fil-karozza tal-Papa. Kienet mal-Papa wkoll fil-laqgħa li kellu mar-re Maha Vajiralongkorn u r-reġina Suthida fil-palazz tagħhom. Bil-ferħ iddeskriviet ir-rigali li l-koppja taw lill-Papa. Fi tmiem il-laqgħa, il-Papa sellem lir-re u r-reġina u beda nieżel it-taraġ lejn il-karozza. Imma s-soru Ana Rosa baqgħet fid-daħla tal-palazz, titkellem għal kważi minuta mal-koppja rjali filwaqt li l-Papa kien jistenna. Is-soru daħlet fil-karozza u qagħdet fis-seat ta’ wara maġenb il-Papa.

https://cruxnow.com/pope-in-thailand-and-japan/2019/11/popes-cousin-takes-star-turn-in-thailand-as-papal-whisperer/