Aġġornata: Iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana fis-Solennità ta’ Kristu Re


Aġġornata l-Ħadd 24 ta’ Novembru: Iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re ser issir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Fil-5pm jibda r-rużarju quddiem Ġesù espost u tingħata l-Barka Sagramentali. Fil-5:30pm titkanta t-Talba tal-Għasar.

Il-Mixja ta’ Fidi mill-monument ta’ Kristu Re mhux ser issir minħabba l-maltemp. Kulħadd mistieden u mħeġġeg jattendi.