Illum il-Knisja tfakkar lil San Leonardu minn Portomaurizio


Fis-26 ta’ Novembru l-Knisja tfakkar lil San Leonardu minn Portomaurizio, Reliġjuż li għex bejn is-snin 1676 sa 1751.

Kien jismu Pietru Ġirolamo Casanova, u jissejjaħ hekk għax twieled f’Portomaurizio, fuq il-Golf ta’ Ġenova (l-Italja). Ta’ 13-il sena ntbagħat fil-kulleġġ tal-Ġiżwiti f’Ruma. Zijuh Wistin, li kien jgħix miegħu riedu jsir tabib, imma billi ma riedx, qatgħu mill-wirt.

Ta’ 21 sena (1697) ngħaqad mal-Franġiskani tal-Osservanza stretta f’Ponticelli u ħa l-isem ta’ Leonardu. Kompla jistudja fil-Kulleġġ San Bonaventura f’Ruma u kien ordnat saċerdot fl-1703 meta kellu 27 sena.

Emorraġija gastrika qawwija żammitu invalidu għal erba’ snin, imma ħa saħħtu kompletament meta għamel wegħda li jiddedika ħajtu kollha għall-konverżjoni tal-midinbin. Mar fil-monasteru ta’ San Francesco del Monte, Firenze, fl-1709, u minn hemm beda l-missjonijiet tiegħu li kellhom suċċess kbir. Għal 44 sena ta missjonijiet mal-Italja kollha tan-nofs u t’isfel, u kien jipprietka lil eluf fil-pjazez.

Mhux biss irnexxielu jikkonverti midinbin kbar, imma wkoll jirrikonċilja partiti li kienu spiss fi ġlied bejniethom, u jerġa’ jqajjem il-ħeġġa reliġjuża tal-poplu kollu. Hu xerred id-devozzjoni lejn it-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija, l-adorazzjoni lis-Sagrament tal-Artal, il-qima lejn il-Qalb ta’ Ġesù, u b’mod speċjali d-devozzjoni tal-Via Sagra.

Huwa waqqaf mhux inqas minn 571 stazzjon tal-Via Sagra fl-Italja, fosthom sett fil-Kolossew Ruman. Darba ta missjoni ta’ ġimagħtejn fi Pjazza Navona, Ruma, li għaliha attenda l-Papa bil-kulleġġ tal-kardinali. Fl-1744, Papa Benedittu XIV bagħtu jipprietka missjoni u jġib il-paċi f’Korsika, imma l-ħidma tiegħu hemmhekk ma kellhiex suċċess għax in-nies ta’ Korsika ħarsu lejh aktar bħala għodda politika f’idejn il-Ġenoviżi li kienu jokkupaw il-gżira milli bħala missjunarju.

San Leonard ħalla għadd kbir ta’ kitbiet spiritwali bħala gwida għall-missjunarji u għal-lajċi, li jimlew 13-il volum u li ġew stampati diversi drabi u tradotti b’ilsna oħra. Miet ta’ 75 sena fis-26 ta’ Novembru, 1751 u ġie ddikjarat qaddis fl-1867. Hu patrun tal-missjonijiet parrokkjali.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.