Lectio Divina. Tnissil bla tebgħa ta’ Marija

8 Diċembru (It-tnissil bla tebgħa ta’ Marija) -Kunċizzjoni

Vanġelu: (Lq 1. 26-38):  L-Annunzjata hija waħda mill-avvenimenti li l-aktar ġiet impittra tul is-sekli.  Hawn min isaqsi jekk dar-rakkont seħħx eżatt kif inhu miktub.  Fil-każ li hekk, l-anġlu kif kien, u daħal mill-bieb jew le?  U Marija kif ma qalet xejn lil Ġużeppi b’kulma ġralha? Dawn huma domandi li jitqanqlu mill-kurżita’ tagħna u m’għandhomx importanza.  Biex nifhmu sew dan ir-rakkont, irridu naraw il-lingwaġġ li juża Luqa, u nsibu li din hi paġna tejoloġika li nkibtet wara r-Reżurrezjoni, i.e. meta l-komunita kienet għarfet min kien tassew Ġesu, iben Marija, sa mill-konċepiment, i.e. Iben Alla l-Għoli.  Luqa jissellef frażijiet milll-Antik Testment, e.g. “ix-xebba twelled iben”, eċċ.  Luqa jridna nqisu din il-ġrajja bħala waħda mill-aktar importanti fl-istorja tal-umanita’. Continue reading Lectio Divina. Tnissil bla tebgħa ta’ Marija