Il-vera qawwa tagħna!

Inkun Mater Dei, fejn is-Sema, f’waħda mill-mawriet tiegħi f’Medjugorje, urietni fejn tassew tridni bħala bniedem ikkonsagrat lilu. Liema stedina għadha friska friska, quddiemi. Is-Sema tridek taqdi lill-morda. Tilqa’ din l-istedina ibni? Għadni niftakar, qisu issa, fis-sagħtejn ta’ filgħodu, leħinha, irqajjaq irqajjaq, u kollu mħabba, fuq il-Podbrdo. X’taħsbu li kelli nwieġeb lis-Sema għeżież ħbieb tiegħi għal din l-istedina li l-Mulej kien qed jagħmilli permezz ta’ Ommu u Ommna? U mhux li ngħid lis-Sema u lil Ommna Marija: IVA?! Continue reading “Il-vera qawwa tagħna!”