Vanġelu (Mattew 11, 2 – 11): Ġwanni priġunier fil-fortizza Makeronte ta’ Erodi, li kienet fuq quċċata ta’ muntanja lil hinn mill-Baħar Mejjet. F’din il-fortizza kien hemm is-sala fejn żifnet Salome u talbet ras Ġwanni. Erodja riedet toqtol lil Ġwanni għax kien perikoluż u n-nies kienu jżommu miegħu meta jixliha li kienet qed tiddradixxi lil żewġha. Erodi jarresta lil Ġwanni kemm għax kien qed isir popolari wisq u kemm biex jipproteġih minn Erodja, u jżommu taħt għajnejh. Erodi kien joqgħod jisimgħu u kien jittrattah tajjeb. Kien iħalli d-dixxipli tiegħu jiġu jarawh. Dawn kienu jtarrfulu x’qed jgħid u x’qed jagħmel Ġesu. Continue reading “Lectio Divina tat-3 Ħadd tal-Avvent. Sena “A””