L-Iskola ta’ Betlem

Għall-jiem tan-Novena tal-Milied, San Ġorġ Preca ħallielna ktejjeb ta’ ftit folji, b’tagħlim relatat ma misteru tant għal qalbu, l-Inkarnazzjoni. Il-ktejjeb għandu isem tassew ħelu: ’L-Iskola ta’ Betlem’. San Ġorġ Preca, f’kull tema ta’ din l-’Iskola’, jagħmlilna istedina: “L-iktar għeżież, ejjew nieqfu bil-ħsieb tagħna quddiem l-Imgħallem Divin tagħna, imwieled tarbija, u nieħdu minnu t-tagħlim tal-ħajja eterna.” Continue reading “L-Iskola ta’ Betlem”