L-Aqwa Rigal

Il-Milied!… Żmien ir-rigali!… Iċ-ċkejken kien ilu jixtieq li jkollu scooter u f’dan il-Milied, ommu riedet li taqtagħlu xewqtu. Xtratlu scooter b’ilwien jgħajtu u b’roti suwed ta’ lastiku jleqq. Imma dak inhar, ħadet il-ħasda ta’ ħajjitha. Fit-triq mimlija traffiku, qalb folla ta’ nies li mlew il-bankini għax-xirja tal-Milied, kien għaddej binha,… riekeb l-iscooter li kienet għadha kif xtratlu. Ma kien hemm xejn mhux tas-soltu, ħlief il-post li fettillu jsib it-tifel biex iżanżan l-iscooter tiegħu u l-passiġġier li kellu miegħu, b’idejh merfuha u jħares ‘il fuq! … Continue reading “L-Aqwa Rigal”