Il-Purċissjoni ta’ Ġesù Bambin


Filgħaxija fil-jiem qrib il-Milied, l-aktar f’lejliet il-Milied, fit-toroq ta’ Malta u Għawdex issir il-purċissjoni tradizzjonali ta’ Ġesù Bambin. Issir ukoll fil-pajjiżi fejn is-Soċjetà tal-MUSEUM hi preżenti.

purcissjonihamrun[1].jpg

Il-purċissjoni, li tissejjaħ ukoll id-dimostrazzjoni ta’ Ġesù Bambin, kienet hekk għall-qalb San Ġorġ Preca, u kien hu li beda din il-purċissjoni f’Diċembru tal-1921. L-istatwa tal-Bambin tintrefa’ miż-żgħażagħ fost fanali mdawlin u kant tal-għanjiet tal-Milied. Wara l-purċssjoni jsir programm ta’ kant, il-prietka tradizzjonali tat-tifel, djalogi u poeżiji. Hi drawwa li jittella’ presepju għal dawk li jkunu attendew għall-purċissjoni u tingħata qagħqa tal-għasel lil kulmin ikun ħa sehem fil-purċissjoni.

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.